L-Aħħar Tagħrif

SOLENNITÀ TAL-QADDISIN KOLLHA
NNhar it-Tnejn 2 ta’ Novembru niftakru fl-għeżież mejtin tagħna li għalkemm m’għadhomx fiżikament magħna, nemmnu li huma ħajjin fil-Mulej. Għal min jixtieq ser noffru l-possibilta’ li dak li jkun jieħu sehem fi tliet quddisiet, kif inhi d-drawwa f’dan il-jum. Fis-6.00pm tiġi ċċelebrata l-ewwel quddiesa u oħra dritt warajha. Fis-6.35pm rużarju u barka, u fis-7.00pm Quddiesa solenni li matulha tigi mbierka l-art li fuqha huwa mibni l-Oratorju, li għal aktar minn 700 sena serviet bħala ċimiterju.
IX-XAHAR TA’ NOVEMBRU
Jixraq li matul dan ix-xahar niftakru aktar fl-għeżież mejtin tagħna, billi fost l-oħrajn inżuru ċ-Ċimiterju. Waqt li nitolbu għal ruħhom, tajjeb nirriflettu fuq il-mixja tagħna lejn Alla u nagħmlu eżami tal-kuxjenza fuq l-istil tal-ħajja li qed ngħixu.

ĠABRA GĦALL-MISSJONI
Fil-ġabra li saret għall-missjoni żewġt iĦdud ilu nġabret is-somma ta’ €330. Grazzi għall-ġenerożità tagħkom.

GRUPP TAS-SINGLES
Nerġgħu nfakkru f’din l-inizjattiva, għal dawk għandhom bejn 35-50 sena u li huma single. Il-laqgħat ser isiru nhar ta’ Tnejn kull ħmistax fis-7.30pm fil-Conference Room. L-ewwel laqgħa ser tkun fid-9 ta’ Novembru. Min jixtieq jifforma parti minn dan il-grupp jista’ jkellemna.

THE PRINCE OF EGYPT
Inżommu fit-talb tagħna lil dawk kollha li ser jieħdu sehem f’din il-biċċa xogħol hekk kbira u sabiħa, li ilhom għal dawn l-aħħar ġimgħat jippruvaw fuq il-palk, mhux mingħajr sagrifiċċju personali. Infakkru li l-booking mill-booking office ikun miftuħ kuljum bejn il-5-6.15pm, kif ukoll tistgħu tibbukkjaw online. Inġeġġukom tibbukkjaw u biex ma tħallux għall-aħħar.

ĊINEFAMILJA
Dan il-Ħadd ser jintwera l-film Minions and Monsters. Inħeġġu familji bit-tfal, flimkien ma adolexxenti u żgħażagħ sabiex jattendu.
