L-Aħħar Tagħrif

JUM IL-MISSJONI
Illum huwa Jum il-Missjoni. Il-ġbir li qed isir fil-Quddies illum imur b’riżq l-opri tal-evanġeliżazzjoni tal-Knisja fid-dinja. Max-xandir tal-Vanġelu l-Knisja trid taħdem favur id-dinjita’ ta’ kull bniedem. Huwa għalhekk meħtieġ li ngħinuha biex twettaq l-azzjoni missjunarja tagħha favur il-qerda tal-faqar, tal-ġuħ, tal-mard u tal-inġustizzja. Inkunu ġenerużi.

ONLINE BOOKING GĦALL-MUSICAL “BEAUTY & THE BEAST”
L-online booking tal-musical rinomat ta’ Disney BEAUTY AND THE BEAST, u li se jsir live fl-Oratorju f’Novembru li ġej, ilu miftuħ. Imma l-booking mill-Booking Office tal-Oratorju fil-Foyer jiftaħ minn nhar l-Erbgħa l-1 t’Ottubru bejn il-5:00pm u s-6:30pm. Il-musical se jittella’ ħames darbiet: il-Ġimgħa 7 ta’ Novembru fis-7:30pm, is-Sibt 8 ta’ Novembru fis-7:30pm, il-Ħadd 9 ta’ Novembru fis-2:30pm, is-Sibt 15 ta’ Novembru fis-7:30pm u l-Ħadd 16 ta’ Novembru fil-5:30pm. Għall-booking online idħlu fuq is-sit theatre.donboscogozo.org u segwu l-link minn hemm. Il-prezz tal-biljetti huwa ta’ €30 u €40. Il-Booking bit-telefon jiftaħ ukoll mill-Erbgħa l-1 t’Ottubru. Ċemplu fuq 2155 6616 jew 9948 7751.

SKEMA “REACHING THE STARS” GĦAL “BEAUTY AND THE BEAST”
L-adoloxxenti u ż-żgħażagħ bejn 12 u 35 sena jistgħu japplikaw minn fuq il-websajt tal-Ministeru għal Għawdex biex jiksbu biljetti sussidjati bi prezz ridott ħafna ta’ €7.50 biex ikunu jistgħu jattendu għall-musical “Beauty and The Beast”. Approfittaw ruħkom minn din l-offerta.

TINSEWX IL-LAQGĦAT TA’ KULL NHAR TA’ ĠIMGĦA
Years 8 & 9 (Forms 2 & 3) - 5:30pm
Years 10 & 11 (Forms 4 & 5) - 7:45pm
Zgħażagħ 16+ (6th Form & MCAST) - 8:30pm
Zgħażagħ 18+ (Universita’, MCAST, ITS) - 8:30pm

ABBATINI
Il-ġenituri tat-tfal subien minn Year 3 ’il fuq li jixtiequ jibdew iservi l-artal u jidħlu bħala abbatini ġodda fil-kappella tal-Oratorju għandhom ikellmu lil Dun Effie jew Dun Samuel.

OTTUBRU: IX-XAHAR TAR-RUŻARJU
Infakkrukom li matul ix-xahar t’Ottubru fil-Kappella kuljum tingħad it-talba tar-Rużarju quddiem Ġesu’ Ewkaristija. Tibda fis-6.35pm (qabel il-Quddiesa ta’ filgħaxija).
