Latest Flash plugin
and Javascript support required.

Click HERE to download
the latest Flash plugin

Aġġornata: 28 ta' Jannar 2012
Oratorju Don Bosco

L-Aħħar tagħrif

Don Bosco
Programm tal-Festa ta' San Ġwann Bosco
  • 9.00 - Konċelebrazzjoni Pontifikali ta' Jum il-Festa mmexxija mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech, bis-sehem tal-Kor Laudate Pueri taħt it-tmexxija tal-Kan. D. Ġorġ Frendo
  • 10.00 - Parata ta' żwiemel u ponijiet minn Pjazza San Franġisk sa quddiem l-Oratorju, fejn isir it-Tberik tal-pets u annimali minn Dun Ġorġ Mercieca
  • 12.15 - Ikla Buffet tal-Festa fil-Lukanda Calypso
  • 16.30 - Quddiesa minn Mons. Ġużeppi Attard, Arċipriet tal-Parroċċa tal-Katidral. Jiehu sehem il-Chorus Ecclesiae Cathedralis taħt it-tmexxija ta' Mro. Colin Attard
  • 16.45 - Marċ mill-Banda Ċittadina Leone minn Triq Vajrinġa sa Pjazza Santu Wistin
  • 17.30 - Ħrug tal-Purċissjoni ta' San Ġwann Bosco, li fiha jieħdu sehem Tfal, Żgħażagħ, Familji u Past Pupils t'' l-Oratorju. Takkumpanja l-Banda Ċittadina Leone
  • 18.30 - Dħul tal-Purċissjoni. Barka Sagramentali u Bews tar-Relikwa
  • 19.30 - Don Bosco Grand Concert fis-Sala ta' l-Oratorju mtella' mill-Gozo Youth Wind Band and Orchestra taħt it-tmexxija ta' Mro. Joseph Grech. Dħul b'xejn. Lejn tmiem il-Kunċert ikunu inawgurati d-Dwal ġodda energy-saving u l-Lift stallati fl-Oratorju taħt l-iskema tal-Eko-Għawdex għall-Għaqdiet Voluntarji imnedija mill-Ministeru għal Għawdex.
Appuntamenti tal-Festa
  • It-Tnejn, Lejlet il-Festa Liturġika
    Fis-18.30 Rużarju u Barka Sagramentali
    Fis-19.00 Quddiesa bl-Ewwel Għasar tas-Solennita' ta' San Ġwann Bosco
  • It-Tlieta, Jum il-Festa Liturġika
    Fid-9.00, fl-10.00 u fil-11.00 Quddies għat-Tfal tal-Iskejjel.
    Fis-18.30 Rużarju u Barka Sagramentali
    Fis-19.00 Quddiesa Solenni mill-Arċipriet ta' San Ġorġ Mons. Pawlu Cardona bis-sehem tal-Chorus Urbanus
  • L-Erbgħa, l-għada tal-Festa,
    Fis-18.30 Rużarju u Barka Sagramentali
    Fis-19.00 Quddiesa ta' Radd il-Ħajr b'talb speċjali għall-Past Pupils tal-Oratorju.
Il-Programm tal-Festa

Il-programm tal-festa komplut jinsab fuq in-naħa ta' wara tal-Kappella jew mill-Foyer kif ukoll min hawn.

Grazzi għar-Rigali tal-Festa

Don Bosco din is-sena rċieva Sett ta' Gandlieri ġodda fuq inizjattiva ta' Leli Farrugia, b'disinn ta' John Grima u xogħol ta' Mario Cordina. Dawn tħallsu minn Mario u Marlene Galea, Ġanninu Cremona, Dr. Anton Grech, l-aħwa Zammit, Mons. Feliċ Tabone u Fr. Tony Mercieca, u persona oħra li ma xtaqitx turi isimha. George u Rita Cassar irregalaw ukoll Pjaneta bir-rakkmu tad-deheb. Grazzi mill-qalb. Don Bosco ipattilkom żgur!

Il-Ġabra tal-Festa

Grazzi lil min diġa' ta s-sehem tiegħu b'risq il-Festa. Għalkemm festa żgħira xorta waħda jkollha l-ispejjeż tagħha. Min għadu ma tax il-kontribuzzjoni tiegħu jista' javviċina lil Leli Farrugia jew lid-Direttur.


Adorazzjoni
L-Ewwel Ġimgħa u Sibt tax-Xahar

Nhar il-Ġimgħa u nhar is-Sibt ikollna ftit mumenti ta' Adorazzjoni għal kulħadd dritt wara l-Quddiesa tas-19.00. Inħeġġukom taħsbu wkoll għall-Qrar!.


Ċinema
ĊineFamilja

Minħabba l-Festa dan il-Ħadd ma jsirx il-Film. Il-film tal-Ħadd 5 ta' Frar jismu: "Mr Popper's Penguins" u jibda fil-17.30. Għal aktar dettalji, agħfas hawn.