L-Aħħar Tagħrif

FESTA TAL-IMMAKULATA 2025
It-Tnejn fl-inħawi ta’ San Franġisk fil-Belt Victoria qed tkun ċelebrata l-Festa tal-Kunċizzjoni. Nawguraw il-festa t-tajba lil dawk kollha li huma minn dawk l-inħawi u lil kull min iħossu “tal-festa”. Jalla d-devozzjoni sinċiera lejn il-Madonna twassalna biex inżommu ruħna safja u ħielsa mid-dnub.

IL-KUNĊIZZJONI U L-ORATORJU
Għalina tal-Oratorju, il-Festa tal-Kunċizzjoni tfakkarna fil-bidu tal-ewwel Oratorju minn Don Bosco bil-laqgħa tiegħu ma’ Garelli. Ejjew inqaddsu dan il-Jum mhux biss bis-sehem tagħna fil-Quddiesa imma wkoll billi nagħmlu Qrara u Tqarbina sinċiera.

KIRI TAL-BAR TAL-ORATORJU
Il-Bar tal-Oratorju se jkun qed jinkera minn Jannar li ġej. Min hu interessat jikkuntattja lid-Direttur tal-Oratorju u jakkwista kopja tal-Kundizzjonijiet tal-Kiri. Ibgħatu email fuq

IL-QUDDIESA NHAR IL-ĦAMIS TKUN NOFS SIEGĦA QABEL
Billi nhar il-Ħamis li ġej se jkollna l-Kunċert tal-Milied tal-Iskola tas-Seminarju fis-7:00pm, dakinhar il-Quddiesa tkun nofs siegħa qabel, jiġifieri @ 6:30pm.

BOOKING TAL-QUDDIES
Ir-Reġistrazzjoni għall-Quddies fl-Oratorju għas-sena 2026 hija miftuħa. Għall-booking kellmu lil John Cremona.

BREAKFAST WITH SANTA
L-Attivita’ ta’ żmien il-Milied “Breakfast with Santa” organiżżata mill-Kumitat taż-Żgħażagħ tagħna se ssir fl-Oratorju nhar it-Tnejn 29 ta’ Diċembru fl-10:00am. Prezz: €13 tfal u €18 kbar. Ibbukkjaw għand d. Effie fuq 99487751.

L-ORATORJU FIL-“CHRISTMAS PARADE”
Għal darb’oħra l-Oratorju Don Bosco ġie mistieden mill-organiżżaturi biex jagħti s-sehem tiegħu fil-“Christmas Parade” li ssir fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, nhar is-Sibt 20 ta’ Diċembru fis-7.30pm. Dawk li jixtiequ jieħdu sehem jew jgħinu, għandhom ikellmu lil d. Effie malajr kemm jista’ jkun.

IL-MUSICAL TAL-LEJL TAL-MILIED
It-tfal u l-adoloxxenti Ii jixtiequ jieħdu sehem fil-musical żgħir li nagħmlu fil-kappella fil-Lejl tal-Milied fil-11.30pm (qabel il-Quddiesa ta’ Nofs il-Lejl) ikellmu lil Dun Effie.

KUMMIEDJA FL-ORATORJU
Il-Kummiedja “Kollox Jista’ Jmur Ħażin fil-B&B” se ssir b’riżq il-Missjoni nhar il-Ġimgħa 19 fis-7:30p,m u nhar il-Ħadd 21 ta’ Diċembru fis-2:30pm. Biljetti mill-Uffiċċju Missjunarju “Ġesu’ fil-Proxxmu” ta’ Triq id-Dejqa.
